Il-133 Kardinal li għandhom inqas minn 80 sena u allura huma eletturi, waslu kollha kemm huma għall-Konklavi il se jibda nhar l-Erbgħa 7 ta’ Mejju.
Dan tħabbar wara li dalgħodu nżammet l-għaxar Kongregazzjoni Ġenerali tal-Kulleġġ tal-Kardinali, fejn iddiskutew il-preparazzjonijiet tal-Konklavi u anke ddisutew il-futur tal-Knisja Kattolika.
Fi stqarrija mill-Kulleġġ tal-Kardinali ntqal li l-kmamar fejn se jorqdu l-Kardinali eletturi f’Casa Santa Marta ġew imqassma mill-Kardinal Camerlengo Kevin Farrell. Il-Kardinali jistgħu jaslu f’Kappella sistina kif jixtiequ anke, jimxuha, iżda minn rotta protetta fejn ħadd ma jista’ jagħmel kuntatt ma’ ħadd fuq barra.