Fl-aħħar disa’ snin, Malta rat ir-rata ta’ żgħażagħ li jitilqu kmieni mill-iskola u jieqfu jistudjaw, tonqos b’7.5 fil-mija.
Fl-2010, pajjiżna kellu l-ogħla rata ta’ żgħażagħ li jitilqu kmieni mill-iskola fl-istati membri tal-Unjoni Ewropea, bi kważi 24 fil-mija. Fl-2019, din ir-rata niżlet għal kważi 16 fil-mija.
Is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tal-Edukazzjoni Frank Fabri qal li dan it-tnaqqis poġġa lil Malta b’waħda mill-aħjar rati ta’ żgħażagħ li komplew jistudjaw fl-Unjoni Ewropea.
Is-Sur Fabri stqarr, “Malta qed tnaqqas il-perċentaġġ tal-Early School Leavers waqt li ħdax-il pajjiż membru fl-Unjoni Ewropea minflok bagħqu jnaqqsu din ir-rata qegħdin naraw li qed iżidu jergħu l-persentaġġ ta’ Early School Leavers.”
L-aktar li telqu kmieni mill-iskola kienu subien.
Filwaqt li d-differenza fit-tfajliet li ma komplewx jistudjaw f’9 snin kienet ta’ kważi 2 fil-mija.
Dan ir-riżultat pożittiv inkiseb grazzi għall-politika tal-Gvern li jiftaħ skejjel ġodda bħall-ALP u l-GEM 16+, li komplew iħeġġu aktar żgħażagħ jistudjaw f’istituzzjonijiet terzjarji edukattivi.
Il-Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici qal kif sas-sena d-dieħla se titfassal strateġija ġdida biex tkompli ttejjeb din ir-rata, u aktar żgħażagħ ikompli bl-istudji tagħhom.