F’pajjiżna hawn iktar vacancies – opportunitajiet ta’ xogħol – milli nies jirreġistraw. Dan jirriżulta minn statistika tal-Eurostat li wriet ukoll kif Malta kellha fost l-ikbar rati ta’ offerti ta’ xogħol mhux mimlija fl-Unjoni Ewropea.
Dan it-tagħrif ħareġ ġimgħa wara li rriżulta li Malta kellha l-ikbar tkabbir fl-impjiegi fl-Unjoni Ewropea.
Skont il-Eurostat fi tmiem l-2016 kien hawn 4,200 job vacancy f’pajjizna. Dan meta fil-bidu ta’ din il-leġislatura kien hawn 3,100 job vacancy.
F’Marzu 2013, filwaqt li kien hawn dawn il-postijiet ta’ mpjieg mhux mimilija, kien hawn 7,350 persuna jirregistraw.
B’kuntrast f’Diċembru 2016, kien hawn 4,200 job vacancy u 2,900 persuna jirregistraw.
Li jfisser li minn post tax-xogħol wieħed vojt għal kull żewg persuni jirreġistraw fi tmiem l-amministrazzjoni li għaddiet, issa għandna aktar minn post tax-xogħol wieħed għal kull min qed jirreġistra.