Se jinħareġ Mandat t’Arrest Internazzjonali għal-Libjan li allegatament wettaq abbort fuq is-sieħba tiegħu.
Sorsi qrib il-Pulizija qalu li din il-mandat t’arrest ser toħroġ fil-konfront tal-Libjan Ashraf Ammar Marghami permezz tal-INTERPOL.
Dan sabiex ikun imfittex u arrestat anke jekk joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Sadanittant hu maħsub li l-Libjan ħarab minn pajjiżna lejn l-Iżvezja.