Tard wara nofsinhar tat-Tlieta, Emmanuel J. Galea, il-kunjatu ta’ Adrian Delia, reġa’ xerred fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook, l-artiklu li ppubblika l-Ħadd li għadda fil-Malta Independent, bi kritika ħarxa għall-Kap Nazzjonalista Bernard Grech.
Aktar kmieni llum, ONE News irrapporta kif l-artiklu ta’ Galea, li xerrdet anke bintu, Cynthia Galea, is-sieħba ta’ Adrian Delia, ħoloq ġlied u konfużjoni sħiħa fil-PN.
Il-fatt li l-kunjatu ta’ Delia reġa’ xerred dan l-artiklu qed jitqies bħala sfida diretta mill-fazzjoni Delia lejn il-Kap attwali tal-Partit Nazzjonalista.
Intant, fis-sigħat li ġejjin ONE News se jiżvela iktar tensjoni u ġlied li qed ikun hemm fid-Dar Ċentrali u l-Partit Nazzjonalista.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Aqra aktar: