Il-gvern qed ikompli jaħdem fuq il-pipeline tal-gass li se jsir mal-Italja. Eventwalment il-pipeline se jieħu post it-tanker li se jasal f’pajjizna ftit tal-ġimgħat oħra.
Bdew fl-aħħar jiem l-istudji ġeoloġiċi biex jiġi stabbilit minn fejn se jgħaddi l-‘pipeline’ tal-gass bejn Malta u Sqallija. Il-pipeline ta’ 22 pulzier se jgħaqqad lil Malta ma’ Gela u se jkun twil mal-155 kilometru.