Fi tliet snin kien hemm żieda ta’ 10% fin-numru ta’ single parents fid-dinja tax-xogħol.
Dan jirriżulta minn tagħrif li kien ippubblikat flimkien mad-dokument ta’ qabel il-baġit. Huwa tagħrif li juri biċ- ċar ir-riżultati li ħallew diversi inizjattivi maħsuba biex iktar nies jidħlu d-dinja tax-xogħol.
Filwaqt li fl-2013 kien hemm ftit inqas minn 50% tat-total tas-single parents jaħdmu, illum dan in-numru laħaq is-60%. Fost oħrajn, dan seħħ grazzi għaċ-child care b’xejn u għat-tapering tal-benefiċċju fejn jekk tkun tibbenefika minn xi għotja din ma tinqatax mill-ewwel jekk tibda taħdem; miżura biex tħeġġeġ ix-xogħol.
Grazzi għal din il-miżura, kien hemm kien hemm 1,150 persuna li daħlet lura d-dinja tax-xogħol. Kien hemm 643 persuna li rċeviet il-benefiċċju tal-qgħad għal iktar minn sentejn. Li dawn ukoll daħlu fid-dinja tax-xogħol fi prova oħra li qed tkun ippremjata l-bżulija.
Miżura oħra kruċjali kienet l-inwork benefit. Fl-2015 kien hemm 1,327 familja li gawdiet mill-in-work benefit, bil-Ministeru tal-Finanzi jgħid li dan wassal għal tnaqqis ta’ 0.13% fir-rata ta’ faqar u, fejn hemm familji bit-tfal bir-rata ta’ 0.3%.
Dawk li gawdew kienu 555, b’żewġ ġenituri jaħdmu b’investiment ta’ €490,000. Ibbenefikaw ukoll 727 familja b’ġenitur wieħed, b’investiment ta’ €570,000. Total ta’ 1,327 familja b’investiment ta’ iktar minn miljun ewro.