Huma sebgħa l-festi pubbliċi li din is-sena se jaħbtu l-Ġimgħa jew it-Tnejn u dan joffri opportunità li l-Maltin iqattgħu tmiem il-ġimgħa itwal mhux biss għall-mistrieħ f’Malta jew Għawdex iżda anka lil hinn minn xtutna.
Jidher li din tal-aħħar qed issir iktar popolari mal-Maltin, kif ikkonfermalna l-Kap Eżekuttiv tal-Airmalta Joseph Galea.