L-Ambaxxatur tal-Istati Uniti fl-Estonia mistenni jirriżenja dan minħabba li jinsab iffrustrat minħabba kummenti li għada l-President Amerikan Donald Trump l-alleati ewropew tal-Amerka.
James D Melville qal lill-kummenti ta’ Trump fuq in-NATO u l-Unjoni Ewropeja kienu l-konsegwenza tar-riżenja tiegħu.
Fil-kummenti tiegħu Trumo qal akkuża lill-Ewropew li b’ mod mhux ġust qed jistennew lill-Amerka tagħmel tajjeb għall-ispejjeż tan-NATO. Tant hu hekk li huwa imposta anke tariffi fuq xi industriji Ewropej.
Din ir-riżenja mistennija sseħħ wara li diversi diplomatiċi oħra rriżenjaw fl-aħħar xhur.
Melville kien inħattar Ambaxxatur Amerikan għall-Estonja lura fl-elfejn u ħmistax wara li ġie nnominat mill-President Barack Obama.