Il-Bank HSBC Malta għamel qligħ qabel it-taxxa ta’ €62.2 miljun għas-sena li 2016, żieda ta’ €15.4m, jew 33%, meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.
F’rapport dettaljat il-bank ta’ rendikont ta’ kif mar fis-sena 2016 u fost oħrajn irriżulta li d-depożiti tal-klijenti żdiedu b’1% biex fil-31 ta’ Diċembru 2016 kienu jlaħħqu €5,001 miljun.
Andrew Beane, Direttur u Kap Eżekuttiv ta’ HSBC Malta, tenna li l-ekonomija ta’ Malta qed tkompli tkun waħda b’saħħitha u li l-prospetti jibqgħu favorevoli. Huwa spjega li l-bank għamel progress sinifikanti fl-2016 bl-implimentazzjoni ta’ pjan strateġiku u li l-bank kiseb qligħ fuq bażi aġġustata li kienet konformi mal-aspettattivi tal-HSBC.