Mijet ta’ persuni għadhom qed jipprotestaw kontra n-nomina tal-President Amerikan lil Brett Kavanaugh fil-Qorti Suprema tal-Istati Uniti. Dan qed jaffaċċja akkużi ta’ abbuż sesswali.
Ir-Repubblikani Amerikani ddikjaraw li rapport tal-FBI ħeles lil Kavanaugh minn kull akkuża ta’ abbuż sesswali. Iżda d-Demokratiċi qalu li l-inkjesta, li damet għaddejja ħamest ijiem biss, mhux kompluta minħabba li kienet limitata għal investigazzjonijiet fil-White House.
Is-Senat mistenni jivvota fuq in-nomina ta’ Trump iktar tard illum.