L-ewwel nofs tas-sena ra żieda sostanzjali fil-passiġġieri li ġew Malta fuq cruiseliner. Skont statistika tal-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika jirriżulta li filwaqt li fl-ewwel tliet xhur kien hemm żieda b’saħħitha ħafna, fit-tieni tliet xhur tas-sena kien hemm tnaqqis minimu.
B’hekk fl-ewwel nofs tas-sena ġew Malta iktar minn 239,000 passiġġieri. Żieda ta’ 6.2% meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet.
Fl-ewwel sitt xhur tas-sena daħlu 125 cruise liner. Sitta iktar mill-istess perjodu s-sena li għaddiet.