Hekk kif ġie mniedi it-tieni prospett ta’ korsijiet li se jkun qed joffri l-Istitut tal-Edukaturi, ir-rispons kien wieħed qawwi tant li kien hemm influss kbir ta’ għalliema li kkommettew ruħhom li jkomplu jsaħħu l-ħiliet edukattivi tagħhom.
F’dan il-prospett, wieħed isib iżjed minn tmenin kors li jvarjaw minn dawk qosra, part-time li mhumiex itwal minn ġimgħa għal oħrajn onlajn kif ukoll dawk f’livelli ta’ masters u baċċellerat li jtulu sa’ erba’ snin u li jiffukaw fuq it-tmexxija f’ livell primarju u t-tmexxija fl-edukazzjoni.
Korsijiet kollha mmirati lejn dawk li jaħdmu fil-qasam edukattiv u għandhom interess li jkompli jsaħħu l-bagalja ta’ ħiliet tagħhom.ONE News kellhu l-opportunità li jitkellem ma’ Graziella Ferrante Pullicino, għalliema tal-Malti li għażlet li tagħmel master fit-tagħlim applikat. Hi stqarret magħna li għaliha kien importanti li tkompli bl-istudji tagħha biex issaħħaħ il-ħiliet tagħha mal-istudenti li tgħallem.
“Inħoss li l-għalliema jaraw il-bżonn, iħossu l-ħtieġa li jimxu l-quddiem fil-karriera tagħhom speċjalment fil-klassi u anke jekk iridu jimxu l-quddiem fil-qasam edukattiv.”
Waqt konferenza stampa li nediet dan il-prospett, ONE News tkellem ma’ Joanne Grima, il-Kap Eżekuttiv tal-Istitut għall-Edukazzjoni li spjegat x’hemm lest f’dan il-prospett għal iżjed minn 8,500 edukatur.
“Kull għalliem, edukatur,dawk kollha li jaħdmu mat-tfal, jista jagħmel analiżi tiegħu personali biex jara fejn għandu bżonn l-appoġġ u jkun jista jagħżel minn dawn il-korsijiet biex jara liem huma l-iżjed li jilħqu l-bżonnijiet tiegħu.ngergru għal one size fits all għat tfal u l-istess għall għalliema. Dawn l-għalliema jafu x’inhuma l-bżonnijiet tagħhom għax huma professjonisti u allura jistgħu jagħżlu mill-korsijiet tagħna.”
Intant il-Ministru għall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo stqarr li permezz ta’ dan l-istitut is-sistema edukattiva f’pajjiżna tinsab fuq missjoni biex tieħu l-aqwa potenzjal ta’ dawk li jibnu l-futur ta’ uliedna u dan jista jseħħ biss permezz ta’ investiment tanġibli fl-edukaturi ta’ pajjiżna.