L-attività fis-suq tax-xogħol telgħet b’5.7% meta wieħed iqabbel l-2015 mal-2011. Dan skont tagħrif tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li qal li din iż-żieda hija primarjament dovuta għaż-żieda ta’ nisa fis-suq tax-xogħol.
Is-sehem tan-nisa tela’ minn 44.7% għal 53.8%. Dan huwa titjib konsiderevoli, għalkemm ir-riżultat ta’ pajjiżna baqa’ inqas mill-medja Ewropea. Kien hemm titjib ukoll fejn għandhom x’jaqsmu dawk li jitilqu mill-iskola kmieni; rata ta’ 19.8% fl-2015.
Tnaqqis ta’ 2.9% meta mqabbel ma’ erba’ snin qabel. Malta tispikka fejn tidħol ir-rata ta’ qgħad b’din l-istatistika tikkonferma li s-sena li għaddiet ir-rata’ ta’ qgħad f’pajjiżna kienet in-nofs ta’ dik irreġistrata fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropa.