Minn meta bdew isiru operazzjonijiet ippjanati l-Ħadd fl-Isptar Mater Dei f’April li għadda saru mijiet ta’ operazzjonijiet. Fil-fatt jirriżulta Ii sal-aħħar ta’ Settembru saru ‘l fuq minn elf operazzjoni fil-Ħdud.
Il-miżura ta’ operazzjonijiet il-Ħadd kienet ġiet mħabbra mill-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne bħala waħda mill-miżuri li permezz tagħha se jkomplu jitnaqqsu l-listi ta’ stennija għall-operazzjonijiet u inteventi.
Għalkemm operazzjonijiet ta’ emerġenza dejjem kienu jsiru l-Ħadd, operazzjonijiet elettivi (ippjanati) ma kienux. Bala parti minn eżerċizzju li għamel l-isptar Mater Dei biex jimmassimmizza l-potenzjal tiegħu, it-teatri ta’ operazzjonijiet dew jintużaw ukoll il-Ħadd.
Dan wassal biex f’sitt xhur, minn April sa Settembru, saru total ta’ 1,020 operazzjoni l-Ħadd.
Il-Ministru Fearne spjega li din kienet miżura waħda li biha qed titnaqqas b’mod effettiv il-lista ta’ stennija. Miżuri oħra jinkludu ftehim ma’ sptarijiet privati, fejn numru ta’ operazzjonijiet kemm day surgeries kif ukoll tal-ortopedija bdew isiru fi sptarijiet privati iżda mħallsa mill-Gvern.