Tmien għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu għall-ħarsien tal-ambjent ingħataw fondi biex ikunu jistgħu jwettqu l-proġetti tagħhom. It-tmien għaqdiet mhux governattivi huma Flimkien għal Ambjent Aħjar, Din l-Art Ħelwa, Nature Trust, Friends of the Earth, Genista Research Foundation, Sustainable Built Environment Malta, Heritage Parks Foundation u Greenhouse Malta.
Dan tħabbar mill-Ministru Jose Herrera l-Ġimgħa meta ppreżenta l-flus lit-tmien organizzazzjonijiet rebbieħa li pproponew proġetti meta tħabbar il-fond ta’ €70,618 sebgħin li l-Gvern kien se joffri lil dawn l-għaqdiet.
Il-Ministru Jose Herrera fakkar kif xhur ilu fetħu applikazzjonijiet għal kull NGO ambjentali li għandha f’moħħha t-twettieq ta’ proġett partikolari. Hawnhekk kienu ħarġu linji gwida dwar liema proġetti se jingħataw preferenza u minn hemmhekk intagħżlu t-tmien rebbieħa tal-Ġimgħa.
Fakkar ukoll kif din hija wegħda oħra tal-manifest elettorali tal-Partit Laburista, biex l-ambjent naturali Malti ikun mħares b’mod xieraq.