Bejn Lulju tal-2017 u Ġunju tal-2018, il-programm daħħal iktar minn 260 miljun ewro, b’160 miljun minnhom ġejjin minn kontribuzzjonijiet.
Id-dħul totali mill-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment kien kważi disa mija tnejn u disgħin miljun ewro, iżda meta tikkunsidra d-dħul mill-miżati tal-ewwel sena, l-ammont jaqbeż sew il-biljun ewro.
Ir-rapport maħruġ mill-Uffiċċju tar-Regolatur juri li tnejn u sittin fil-mija tal-applikanti kienu Ewropej, filwaqt li l-Ażjatiċi ammontaw għal terz tal-applikanti u huma l-iktar grupp ta’ investituri li qed jikbru fi ħdan l-istess porgramm.
Filwaqt li nġabru biljun ewro, il-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment irrifjuta kwart ta’ dawk li applikaw, u għaldaqstant ġew rifjutati kwart ta’ biljun ewro fi flus.
Minkejja li hija somma kbira, din kienet meħtieġa sabiex il-programm iżomm l-integrita tiegħu. Programm li minkejja l-attakki kontrih mill-Membri Parlamentari Ewropej Nazzjonalisti, il-Kummissjoni Ewropea approvatu bla problemi.
Matul l-istess perjodu, 266 applikant u s-648 dipendenti tagħhom laħqu l-proċess ta’ naturalizzazzjoni.
Mill-bidu tal-programm, madwar 3,000 applikant akwistaw iċ-ċittadinanza Maltija.
Bejn Lulju 2017 u Ġunju 2018, l-applikanti investew mat-30 miljun ewro fi proprjeta, biex b’hekk l-investiment totali taħt dal-programm qabeż il-100 miljun ewro.
Investiment totali ta’ iktar minn €100 miljun fi propjetà
Bħala medja, nefqu viċin il-miljun u mitejn elf ewro, ċifra li hija iktar mit-tripplu minn dak meħtieġ.
Irriżulta wkoll li fl-aħħar sentejn, il-persuni fi ħdan il-programm bdew jipreferu li jikru l-proprjeta millli jixtruha.
Ir-rapport qal ukoll li n-numru ta’ entitajiet li huma liċenzjati biex jissottomettu l-applikazzjonijiet kompla jikber u issa laħaq il-159.