Sa issa aktar minn 830 persuna huma kkonfermati mejta kawża tat-tsunami u terremot li ħakem il-belt ta’ Palu fl-Indoneżja. L-awtoritajiet qalu li minn hawn u ftit ieħor ser jibda il-proċess sabiex jibdew jidfnu l-vittmi bil-massa- dan hekk kif hemm il-biża li jista jibda jinxtered xi mard. Jidher li hemm il-biżà li għad hemm xi nies maqbuda ħajjin taħt it-tifrik. L-uffiċjali tas-salvataġġ f’ Palu għadhom qed jistennew makkinarji sabiex ikomplu għaddejjin bi tfixxija għal it-tifrik ta’ lukanda u stabbiliment kummerċjali. Dan hekk kif wara li seħħ it-terremot komplew jinħassu xi theżżiżiet li wasslu sabiex dan il-proċess kellu jiġi pospost minħabba li ż-żona milquta ma kinitx sigura.