Aktar minn 3,600 tifel u tifla fil-Ġermanja sfaw abbużati mill-qassisin tat-twemmin Kattoliku Ruman bejn l-1964 ul-2014. Dan joħroġ minn rapport mħejji mill-Knisja nfisha u li oriġinarjament kellu jiġi ppublikat ġimgħatejn oħra iżda laħaq ġie lleakjat. Jidher li aktar minn 1,600 qassis fil-Ġermanja b’xi mod iffastidja sesswalment lil aktar minn tlett elef u sitt mitt minuri- bil-maġġorarti tagħhom kienu subien u aktar minn nofshom kellhom anqas minn tlettax-il sena.