Sabiex tiġġieled l-evażjoni tat-taxxa u l-kutrabandu, id-Dwana żiedet in-numru ta’ tfittxijiet fil-ħwienet u s-swieq.
Pass li kien ta’ suċċess, hekk kif kien hemm żieda fil-każi pożittivi.
Fil-fatt, fl-aħħar xhur biss, iktar minn mitejn u sittin elf sigarett tal-kutrabandu ġew issekwestrati minn bars, pastizzeriji u ħwienet.
Ma’ dawn, mijiet ta’ fliexken tal-inbid u xorb alkoħoliku qed ikunu ssekwestrati minn ristoranti u ħwienet ta’ kuljum.
Fi stqarrija ntqal li d-Dwana qed tiprepara ruħha biex taħdem kontra l-użu ta’ fjuwil illegali billi żżied l-ispezzjonijiet sabiex jitwaqqfu dawn l-operazzjonijiet illegali.