Uffiċjali tal-Gvern Indoneżjan qalu li minn tal-inqas 168 persuna nqatlu u 745 weġġgħu wara li tsunami laqat il-kosta tal-Kanal Sunda.
L-aġenzija tal-pajjiż għar-rispons tad-diżastri qalet li mijiet ta’ binjiet sofrew ħsarat bit-tsunami li seħħ fil-jum tas-Sibt.
Qalet ukoll li aktarx il-kawża tat-tsunami kien ċaqlieq f’qiegħ il-baħar wara li l-vulkan Krakatoa żbroffa.
Il-kanal, li jinsab bjen il-gżejjer ta’ Java u Sumatra, jgħaqqad il-Baħar Java mal-Oċean Indjan.