Minn tal-inqas 10 persuni nqatlu u mijiet indarbu wara li każinò f’lukanda fil-Kambodja, ħa n-nar.
L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija u fil-binja kien hemm madwar erba’ mitt persuna meta l-lukanda ħadet in-nar.
Filmat li qed idur fuq il-midja soċjali juri nies li dehru jaqbżu diversi sulari biex jippruvaw jiskansaw in-nirien.
L-awtoritajiet għaddejjin bl-investigazzjonijiet biex jaraw minn fejn seta’ beda dan in-nar.
Dan il-każinò jinsab fil-belt ta’ Poipet, belt mal-fruntiera ta’ żewġ pajjiżi, u b’hekk huwa poplari ħafna mat-Tajlandiżi minħabba li l-logħob tal-azzard fit-Tajlandja huwa illegali.