• L-iżvilupp lokali
• It-tnaqqis tal-faqar
• L-inklużjoni soċjali
• Impjiegi għaż-żgħażagħ
Qal dan is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia f’konferenza li ġabet fi tmiemu l-programm tal-EEA u n-Norway Grants Financial Mechanism 2009-2014. Il-programm tal-EEA u n-Norway Grants Financial Mechanism ser ikunu ta’ €4.4 miljun u €3.6 miljun rispettivament.
Farrugia irrimarka li l-programmi li ġew fi tmiemhom kienu storja ta’ suċċess, fejn Malta bbenifikat minn programm ta’ €5 miljun. Dawn il-programmi ġew konklużi fiż-żmien stipulat (April, 2017) u din id-darba n-Norveġja żiedet il-baġit ta’ dan il-programm bi €3 miljun – prova ċara ta’ tal-fiduċja li dawn għandhom fl-awtoritajiet Maltin.
Is-Segretarju Parlamentari żied jgħid li l-Fond taċ-Ċittadini Attivi għall-perjodu 2014 – 2021 ser jammonta għal €700,000. L-għan ta’ dan il-fond huwa li tiġi żviluppata s-sostennibilta’ tas-soċjeta’ ċivili bl-għan li jissaħħaħ l-irwol tagħha fejn jidħlu l-parteċipazzjoni demokratika u d-drittijiet tal-bniedem.