Il-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, ħabbar li ġie mġedded l-formularju tal-Gvern sabiex pazjenti bil-kanċer jibbenefikaw minn mediċini b’xejn.
Mil-lum bdew jingħataw dawn il-medicini b’xejn lill-pazjenti bil-kanċer tal-frixa, kanċer tas-sider, kanċer tal-istonku u tal-fwied.
Fl-ewwel kwart ta’ din is-sena se jkunu qed jiżdiedu żewġ mediċini oħra għal pażjenti bil-kanċer tal-bużżieqa tal-pipi u kanċer tal-fwied avvanzat. B’kollox se jkunu qed jibbenefikaw 500 pazjent.
Fearne qal li F’Diċembru bdew trattamenti ġodda b’magni ġodda għall-pazjenti bil-kancer fil-prostita, fl-isptar tal-Onkoloġija.
Il-Ministru Fearne ħabbar li l-pjan Nazzjonali l-ġdid tal-kanċer tlesta.Dan se jiġi ppreżentat lill-Kabinet u wara jgħaddi għall-konsultazzjoni. Dawn il-mediċini tħabbru hekk kif nhar is-Sibt li ġej huwa l-Jum Dinji tal-Kanċer.