Il-poplu jaf li l-Partit Laburista kapaċi joffri stabbilità u ċertezza u f’mumenti ta’ kriżi joffri serħan tal-moħħ.
Milqugħ minn folla sabiħa f’Ħal Qormi, il-Prim Ministru spjega li hemm għażla bejn deputati u kandidati li ġew ‘tried and tested’ li kienu kapaċi jmexxu pajjiż matul żmien ta’ sfida ta’ pandemija globali.
Dan għall-kuntrarju ta’ Partit Nazzjonalista baħħ li ma joffri l-ebda serħan tal-moħħ lill-poplu u li fi żmien diffiċli tefa’ xeħet il-piż fuq il-poplu u mexxa b’politika t’awsterità.
Iżda matul dawn l-aħħar sentejn fejn id-dinja affaċċjat pandemija qalila, Gvern Laburista investa fin-nies u fin-negozju u ma ħalla lil ħadd jaqa’ lura.
Minkejja dan, jum qabel tiskatta l-elezzjoni bikrija Dr Abela sostna li t-tellieqa tibda xejn b’xejn u kull min jibqa’ d-dar ikun qed jassigura vot favur Bernard Grech u favur politika li hija mhedija li tkisser kull riforma li għamel Gvern Laburista.
Għaldaqstant, Robert Abela tenna li s-soluzzjonijiet jinstabu aktar meta n-nies jersqu ’l quddiem u mhux meta joqogħdu d-dar u ma jivvutawx.
“Inwegħdkom ħaġa waħda, iktar ma tkun il-fiduċja tagħkom, iktar se tikber l-umilta tagħna. Iktar se niżgura u ntikom il-kelma tiegħu li se nibqgħu saqajna mal-art, idejna tibqa’ fuq il-polz tal-poplu. Aħna se nibqgħu dejjem magħkom imma iva għandi bżonn il-fiduċja tagħkom. Għandi bżonn l-appoġġ tagħkom.”
il-Prim Ministru Robert Abela
Quddiem merħba sabiħa li ngħata, il-Prim Ministru qal li l-Partit Laburista għandu elf proposta li ġew msejsa fuq ideat li qasmu ma’ dan il-partit, il-poplu Malti u Għawdxi.
Iżda Dr Abela rrimarka li dawn il-proposti jibqgħu biss proposti jekk il-Maltin u l-Għawdxin ma jurux fiduċja f’din il-viżjoni.
“Nemmnu f’opportunitajiet indaqs għal kulħadd, nemmnu f’Malta isbaħ, nemmnu iva illi dan il-pajjiż għandu futur sabiħ ħafna quddiemu u għalhekk ejjew ħalli Malta tkun verament tagħna, flimkien futur sabiħ għal kulħadd, opportunitajiet isbaħ, għalhekk Malta, għalhekk Flimkien, għalhekk il-futur sabiħ, il-futur huwa tagħna, flimkien il-futur tagħkom.”
il-Prim Ministru Robert Abela