Aurobindo ħabbret li fil-ġejjieni qrib se tinvesti f’teknoloġija ġdida għall-prodotti għall-użu kontra l-kanċer. Dan wara li ftit xhur ilu diġà ħabbret investiment ieħor ta’ €6 miljun. B’hekk tkun tista’ tkompli sservi b’iktar prodotti fis-suq Ewropew, li l-kumpanija topera għalih propju minn pajjiżna.
Dwar dan l-investiment ġdid li dieħla għalih din il-kumpanija, tkellimna ma’ Jonathan Farrugia.