Bħalha parti mill-proġett ta’ manutenzjoni tat-triq mad-dawra ta’ Buġibba u l-Qawra, din il-ġimgħa x-xogħol ta’ manutenzjoni u asfaltar ser ikompli fi Triq il-Wileġ San Pawl il-Baħar.
Ix-xogħol f’dawn il-partijiet tat-triq ser isir billejl bejn id-9.00 ta’ filgħaxija u s-6.00 ta’ filgħodu, mil-lum sa nhar il-Ħamis 15 ta’ Ġunju. F’dawn l-iljieli, din il-parti tat-triq ser tkun magħluqa għat-traffiku.
Is-sewwieqa qed jiġu mħeġġa biex isibu toroq alternattivi u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali fuq il-post.