Il-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista ma riedx jikkummenta dwar l-aħbar li l-invoices tal-għotjiet li DB Group tat lill-Partit Nazzjonalista huma għal kumpanija li m’għandiex bżonn reklamar, Sky Gourmet.
F’konferenza tal-aħbarijiet Fenech Adami reġa’ nsista li l-Partit Nazzjonalista mhux se jippubblika l-invoices u meta mistoqsi jekk jikkonfermax id-dettalji dwar Sky Gourmet qal li ma jiddiskutiet lill-klijenti.
Beppe Fenech Adami tkellem biss dwar relazzjoni kummerċjali li l-Partit Nazzjonalista u l-kumpanija tiegħu mhux se jiżvelaw dettalji dwarha.