Bil-għan li jibqgħu jonfħu l-ikbar gidba politika fl-istorja ta’ pajjiżna, il-media tal-Partit Nazzjonalista ħarġet bl-aħbar li servizz ta’ kumpanija li tiġbor il-karti li jkunu għaddew minn shredder jinsab barra l-bini ta’ Pilatus Bank.
Dan bil-għan li jimplikaw li qed hemm biex jitneħħew xi provi. F’Whitehall Mansions hemm bosta uffiċini u l-kumpanija li deher il-vann tagħha toffri servizz regolari lil diversi.
one.com.mt jista’ jikkonferma żewġ affarijiet; fil-bini ta’ Pilatus Bank hemm il-pulizija u l-vann kien qed hemm joffri servizz f’uffiċini oħra.
Fil-fatt, mal-bini tal-Pilatus Bank hemm il-pulizija fuq ordni tal-Maġistrat minħabba li għaddejja l-inkjesta maġisterjali. Għalhekk toħroġ iktar kemm hija fantażija u qarrieqa l-istorja li qed tipprova tibni l-midja tal-PN u d-deputati ta’ Simon Busuttil.
Anke The Malta Independent irrapportat kif dak li rrapporta n-NET mhux minnu.