Id-Dipartiment tal-Ġerontoloġija fl-Università ta’ Malta u il-Malta Dementia Society, organizzaw konferenza ġewwa Casa Arkati dwar il-prevenzjoni tad-dimensja.
Is-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis stqarr li llum n-numru ta’ persuni bid-dimensja huwa ta’ madwar 6,000 u sal-2050 dan in-numru mistenni jilħaq it-13,000 persuna. Madanakollu d-dimensja ma taffettwax biss lil dawn l-individwi iżda wkoll lill-familjari tagħhom.
Is-Segretarjat Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, fl-2015 nieda l-Istrateġija Nazzjonali għad-Dimensja. Din l-Istrateġija kellha l-għan li tolqot aspetti varji tad-dimensja, bħal żieda fit-tagħrif, fit-taħriġ u fl-għoti ta’ servizzi biex tiżdied il-kwalità ta’ ħajjet l-individwi bid-dimensja, ta’ dawk li jieħdu ħsieb l-istess individwi, kif ukoll tal-familjari tagħhom. F’Ottubru li ġej ser jitnieda ukoll d-Dementia Working Group, li ser ikun kompost minn professjonisti f’dan is-settur.
L-importanza ta’ staff professjonali kwalifikat biex joffri l-aħjar kura lill-pazjent ġiet aċċennata minn Agius Decelis. Fil-fatt, fi Frar li ġej l-Università ta’ Malta, b’kollaborazzjoni mas-Segretarjat Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, ser terġa’ għal darb’oħra tiftaħ il-Master Degree Programme in Ageing and Dementia Studies. Din hija opportunità sabiex ikun hemm aktar persuni kwalifikati f’dan il-qasam.
Huwa ħeġġeġ lil pubbliku sabiex nhar is-Sibt jattendi għal Memory Walk for Dementia li ser tiġi organizzata fi 9.30 ta’ filgħodu fil-Belt Valletta.
Is-Segretarju Parlamentari faħħar inizjattivi bħal din il-konferenza sabiex il-pubbliku jkun dejjem iktar infurmat fuq id-dimensja. Dawn iwasslu sabiex inaqqsu l-biżà u l-istigma li sfortunatament ġieli tiġi assoċċjata mad-dimensja. Il-pubbliku jeħtieġ mhux biss li jingħata tagħrif sabiex jgħaraf is-sintomi tad-dimensja fi istadju bikri, iżda wkoll sabiex ikollu gwida f’dan il-qasam. Studji juru li jista’ jkun hemm prevenzjoni tad-dimensja.
Għaldaqstant, Decelis iħares lejn il-futur sabiex flimkien nkomplu naħdmu għal soċjetà fejn il-persuni bid-dimensja jkollhom aċċess għal kwalità ta’ ħajja aħjar u jkollhom l-appoġġ meħtieġ, liema appoġġ għandu jingħata ukoll lill-familjari tal-istess per