Ma kienx biss il-kardjologu u Professur Albert Fenech li ħareġ jitkellem dwar kemm hu importanti l-investiment fil-qasam tas-saħħa bi sħubija bejn il-gvern u l-privat u li ma ddejjaq xejn isir parti minnu. Tkellem dwar dan ukoll il-Professur Mark Brincat
Il-Professur Brincat innota kif l-investiment li huwa mifrux fuq l-isptar San Luqa, dak ta’ Għawdex u Karin Grech se jkollu wkoll dipartiment iddedikat kollu kemm hu lis-saħħa tal-mara.
Mal-programm NEWS.MT, li jidher hawn taħt, il-Professur Brincat qal li dan se jkun wieħed differenti u iktar innovattiv.
Nadine Delicata, il-Kap Eżekuttiv tal-isptar ta’ Għawdex tkellmet dwar opportunitajiet oħra fosthom fit-taħriġ għall-ħaddiema minbarra servizz ta’ saħħa aħjar.
Fil-filmat ta’ ftit inqas minn 12-il minuta, Dinah Seguna analizzat fid-dettall dak li se jiġri. Il-bidla li se jkun hemm se tkun waħda drastika.