Mix-xahar id-dieħel, persuni transgender se jkunu jistgħu jservu fil-forzi Amerikani. Dan tħabbar minn Uffiċjali Amerikani, li qalu li l-Pentagon se tneħħi l-projbizzjoni fuq persuni transgender li jridu jingħaqdu mal-forzi Amerikani.
Il-Ministru tad-Deifiża Ash Carter qal li dawn ir-regoli kienu qed jagħmlu ħsara lill-istess forzi. Din l-aħbar ingħatat wara li ħa l-kariga tiegħu bħala Segretarju tal-Armata Amerikana Eric Fanning.
B’dan tal-aħħar huwa omosesswali, u li ismu se jitnaqqax fl-istorja bħala l-ewwel raġel li pubblikament iddikjara l-ġeneru tiegħu u li għandu kariga għolja fil-qawwa Amerikana.