Il-Gvern daħħal miljuni ta’ ewro iktar minn taxxi li ma żdiedux jew baqgħu l-istess. Fost oħrajn, mill-VAT il-Gvern daħħal €41.7 miljun iktar minn kemm daħħal is-sena li għaddiet anke jekk ir-rata baqgħet l-istess.
Biex mill-VAT, li tirrifletti wkoll is-saħħa tan-nies biex jixtru u jikkonsmaw il-gvern daħħal total ta’ €684 miljun. B’kollox, mit-taxxi indiretti, il-gvern daħħal €92.6 miljun iktar.
It-taxxi diretti żdiedu b’mod konsiderevoli wkoll anke jekk dawn mhux talli ma żdiedux imma naqsu. Din hija riflessjoni ta’ iktar nies fid-dinja tax-xogħol bil-gvern idaħħal €35.4 miljun iktar mit-taxxa tad-dħul. Il-kontribuzzjonijiet soċjali żdiedu b’€35.9 miljun fuq l-2014.