Fl-isptar Monte Karmeli ssoktaw ix-xogħlijiet infrastrutturali sabiex jkompli jissebbaħ l-ambjent li fih tingħata l-kura tas-saħħa mentali lill-pazjenti rikoverati.
Issa twaqqgħet il-Blokka numru għaxra tal-isptar li kellha problemi strutturali.
Minflok ser ikun qed isir ġnien terapewtiku ta’ erbat elef u ħames mitt metru kwadru li ser jieħu post dan is-sit.
Dan ser ikollu passaġġi interni b’siġar, pjanti u funtani fost l-oħrajn.
Dan filwaqt li ser ikollu żoni għall-occupational therapy u servizzi oħra.
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne sostna fuq l-impenn tal-Gvern biex is-servizzi tal-kura għas-saħħa mentali jingħataw fil-komunità. Huwa qal, “Monte Karmeli ser ikun sptar speċjalizzat illi jagħti kura lil tipi differenti ta’ saħħa mentali. Is-saħħa mentali tibqa’ prijorità għal dan il-Gvern għall-poplu Malti u Għawdxi kollu, kemm illum u għas-snin illi ġejjin.”