Matul il-jum tal-Ħadd komplew ix-xogħlijiet fi Triq Manoel Dimech f’Ħal Qormi. Kawża t’hekk din it-triq se tkun magħluqa bejn il-ħinijiet tas-sitta ta’ filgħodu sas-sebgħa ta’ filgħaxija.
Din kienet triq oħra li rat investiment mill-Gvern Ċentrali fejn saru xogħlijiet infrastrutturali kbar fejn twessgħet biex tkun tista takkomoda aktar karozzi bil-għan li jitnaqqas it-traffiku fiż-żona.
Dejjem jekk it-temp jippermetti ix-xogħol ta’ żebgħa tal-linji tat-traffiku jinżebgħu bejn it-Tnejn 15 u l-Erbgħa 17 ta’ Jannar 2018. Ix-xogħol kollu ta’ żebgħa ser isir matul il-lejl bit-triq tingħalaq għat-traffiku bejn is-7pm u l-5am.
Il-Ministru għat-Trasport u Infrastruttura Ian Borg fi status fuq Facebook irringrazzja lill-ħaddiema kollha u fakkar li x-xogħlijiet qed isiru matul il-lejl sabiex jitnaqqsu l-inkonvenjenti lis-sewwieqa.