Wieħed mill-kofundaturi tat-Taliban tal-Afganistan jinsab f’Qatar għal taħdidiet ta’ paċi bejn l-istess Taliban u l-Istati Uniti.
Mullah Abdul Ghani Baradar qatta 8 snin fil-kustodja Pakistana sakemm ingħata l-ħelsien is-sena l-oħra.
Il-preżenza tiegħu f’Doha tista ttejjeb il-possibiltà ta’ ftehim wara diversi sessjonijiet ta’ diskussjonijiet.
Ix-xahar li għadda kien hemm progress f’dawn it-taħdidiet, hekk kif intemm 17-il sena ta’ kunflitt fl-Afganistan.