It-tmien edizzjoni tal-BOV Marigold Volleyball Marathon b’risq Id-Dar tal-Providenza tinsab fl-aqwa tagħha wara li bdiet ilbieraħ fejn kienet inawgurata mill-President tar-Repubblika Marie Louise Coleiro Preca. Plejers tal-volleyball jinsabu għaddejin b’logħba wara oħra bl-għan aħħari jkun li jinġabru l-flus għad-dar tal-Providenza.
Fr Martin Micallef, id-direttur tad-dar, esprima l-apprezzament tiegħu lejn il-pubbliku ġenerali għad-donazzjonijiet tiegħu u qal: “Din il-Maratona tpoġġi fuq quddiem tliet valuri importanti – il-valur tas-solidarjetà, il-valur tal-ħidma volontarja filwaqt li tiġi enfasizzata l-importanza tal-isport. Il-plejers tagħna wrew impenn bla heda matul dawn l-aħħar sitt ġimgħat permezz ta’ taħriġ eżiġenti u sagrifiċċju personali.”
Filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha involuti, huwa tenna t-talba tiegħu għall-għajnuna, “Bl-għajnuna ta’ kulħadd, nistgħu nkomplu nagħmlu l-ħajjiet ta’ dawn in-nies aktar sinifikanti. Bl-għajnuna tagħkom, nistgħu nipprovduhom bil-faċilitajiet u l-kwalità tal-ħajja li jixirqilhom. Dan huwa dak li tirrappreżenta l-BOV Marigold Volleyball Marathon.”
Il-Maratona se tibqa’ għaddejja sal-Ħadd 3 ta’ Lulju fil-grawnds tad-Dar innifisha. Minbarra li jappoġġjaw lill-plejers li se jkunu qed jilagħbu l-volleyball, il-viżitaturi jistgħu jgawdu xi ftit mill-aqwa talent Malti. L-organizzaturi ħasbu wkoll għal skrin kbir għal dawk il-viżitaturi li jkunu jixtiequ jsegwu l-UEFA Euro 2016, filwaqt li t-tfal jistgħu jieħdu gost f’żona ddeżinjata speċifikament għalihom. Il-Maratona se tkun qed tixxandar b’mod dirett fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni fosthom ONE.
Il-kontribuzzjonijiet jistgħu jsiru bit-telefon fuq 51702012 għal donazzjoni ta’ € 15 u fuq 51802013 għal donazzjoni ta’ € 25. Donazzjoni ta’ € 6.99 tista’ ssir billi jintbagħat SMS vojt fuq 50618944. L-abbonati tal-BOV Mobile Pay jistgħu wkoll jagħmlu d-donazzjoni tagħhom fuq in-numru 79324834.
It-8 edizzjoni tal-BOV Marigold Volleyball Marathon b’risq Id-Dar tal-Providenza tinsab fl-aqwa tagħha wara li bdiet ilbieraħ fejn kienet inawgurata mill-President tar-Repubblika Marie Louise Coleiro Preca. Plejers tal-volleyball jinsabu għaddejin b’logħba wara oħra bl-għan aħħari jkun li jinġabru l-flus għad-dar tal-Providenza.
Fr Martin Micallef, id-direttur tad-dar, esprima l-apprezzament tiegħu lejn il-pubbliku ġenerali għad-donazzjonijiet tiegħu u qal:
“Din il-Maratona tpoġġi fuq quddiem tliet valuri importanti – il-valur tas-solidarjetà, il-valur tal-ħidma volontarja filwaqt li tiġi enfasizzata l-importanza tal-isport. Il-plejers tagħna wrew impenn bla heda matul dawn l-aħħar sitt ġimgħat permezz ta’ taħriġ eżiġenti u sagrifiċċju personali.”