Il-Pulizija f’Hong Kong jippruvaw jikkalmaw diversi dimonstranti li qed jipprotestaw fil-jum tal-anniversarju ta’ meta Hong Kong ingħaqdet maċ-Ċina wara li kienet kolonja tal-Imperu Ingliż. Id-dimostranti qajmu kommossjoni t-Tnejn filgħodu quddiem il-post li fih se ssir iċ-ċerimonja li tikkomemora dan l-anniversarju. Il-Pulizija użat gass tad-dmugħ u bsaten biex jikkalmaw il-miġgħema.
Grupp ta’ nies ippruvaw jidħlu fil-bini tal-Gvern. Protesti kbar seħħew f’dawn l-aħħar ġimgħat minħabba l-abbozz ta’ liġi kontroversjali, minkejja li l-Gvern ta’ Hong Kong qabel li jissospendu dan l-abbożż għal żmien indefinittiv, il-manifestazzjonijiet kontrih baqgħu għaddejjin.
In-numru kbir ta’ nies li qed jipprotestaw qed jitolbu li l-abbożż tal-liġi dar l-estredizzjoni jiġi rtirat għal kollox, jiġi revokat it-terminu rewwixta biex jiddiskrivu l-protesti li saru fit-12 ta’ Ġunju, il-ħelsien tal-attivisti arrestati kollha kif ukoll isiru investigazzjonijiet dwar allegazzjonijiet ta’ vjolenza mill-pulizija. Il-Kap eżekuttiv ta’ Hong Kong qed taffaċja talbiet għar-riżenja tagħha.