Is-Sindku tal-belt kapitali tal-Kolombja, Bogotà, imponiet ħin x’ħin kulħadd irid ikun lura f’daru wara li reġgħu bdew il-protesti kontra l-gvern.
Il-Pulizija sparaw gass tad-dmugħ lejn id-dimostranti l-Ġimgħa sabiex inaqqsu mill-folla fejn kien hemm rapporti ta’ serq tul il-protesti.
Intant il-President, Ivan Duque, qal li se jkun qed iniedi diskussjonijiet nazzjonali l-ġimgħa d-dieħla biex inaqqas mit-tensjoni.
Aktar minn mitejn u ħamsin elf persuna attendew għal dawn id-dimostrazzjonijiet li saru fil-pajjiż il-Ħamis li għadda biex isemmgħu leħinhom wara possibiltà ta’ tibdil fil-paga minima, pensjonijiet fost oħrajn.