Wara li l-Gvern talab għal laqgħa immedjata mal-unjin tal-għalliema, biex jissolvew il-kwistjonijiet pendenti, illum saret it-tieni laqgħa konċiljatorja bejn iż-żewġ partijiet.
Fi stqarrija ntqal li ż-żewġ partijiet qed jersqu eqreb għal ftehim dwar pakkett finanzjarju ġdid, u kundizzjonijiet aħjar għall-edukaturi kollha.
Fost dawn il-kundizzjonijiet qed jiġu proposti career paths li jirrikonoxxu l-esperjenza, l-progresjoni iktar mgħaġġla, opportunitajiet ta’ rikompens għal dawk li jsaħħu l-ħiliet edukattivi tagħhom u inċentivi biex iktar żgħażagħ jidħlu f’dan il-qasam. Dan flimkien ma’ titjib fil-kundizzjonijiet għal dawk l-edukaturi li jilqu livelli ta’ skala għola.
Il-laqgħa li jmiss, se ssir għada waranofsinhar.
Il-Gvern hu kommess li jiġi finalizzat pakkett finanzjarju b’żidiet bla preċedent, kif ukoll titjib fil-kundizzjonjiet tax-xogħol b’saħħithom, għal gradi kollha tal-għalliema u għal edukatuir fl-aħjar interess tal-preofessjoni.