Dalgħodu, il-Pulizija, Transport Malta u Identità assistiti mill-Aġenzija għas-Servizzi ta’ Detenzjoni wettqu spezzjoni tat-traffiku fi Triq Garibaldi, Ħal Luqa.
Fi stqarrija mill-Pulizija ntqal li twaqqfu mal-100 vettura, fejn inħarġu total ta’ 28 kontravenzjoni marbuta ma’ ksur tar-regolamenti tat-traffiku, vettura ġiet irmunkata u żewġ xufiera nstabu jsuqu mingħajr liċenzja valida tas-sewqan.
Waqt dawn l-ispezzjonijiet instabu wkoll tlett barranin mill-Pakistan, Sirja u l-Għana jgħixu f’pajjiżna illegalment. Huma ttieħdu f’ċentru ta’ detenzjoni sakemm jitlesta l-proċess ta’ ritorn tagħhom.
Dawn l-ispezzjonijiet huma parti minn ħidma konġunta ta’ infurzar li l-Pulizija qed twettaq regolarment, bil-għan li tissaħħaħ is-sigurtà fit-toroq.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2025/02/06193931/PR_62_-251-1024x768.jpg)