Matul il-jum komplew l-impenji tal-Prim Ministru Robert Abela fi New York
Dan hekk kif bħalissa qed jattendi 77 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.
Aktar kmieni llum il-Prim Ministru Robert Abela kellu laqgħa mal-President tal-Ghana, Nana Akufo-Addo.
Fil-fatt, fuq il-profil uffiċjali tiegħu fuq Twitter, il-Prim Ministru spjega kif flimkien iż-żewġ mexxejja ddiskutew kif tista’ tiżdied l-koperazzjoni bejn Malta u l-Ghana f’setturi li jinkludu t-turiżmu u l-kummerċ.
Hawn Dr Abela sostna li ż-żewġ naħat qed jesploraw anke l-possibiltà ta’ titjiriet diretti u b’hekk iħares il-quddiem għal kollaborazzjoni kontinwa ma’ dan il-pajjiż.