Jissuktaw l-impenji tal-Prim Ministru Joseph Muscat f’Londra, b’laqgħat bilaterali mal-President tas-Seychelles, Danny Faure, u mas-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth, il-Barunessa Patricia Scotland.
Mal-President tas-Seychelles, il-Prim Ministru Muscat iddiskuta t-triq ‘il quddiem għar-relazzjoni mas-Seychelles, u kif ukoll l-importanza ta’ aktar koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.
Mal-Barunessa Patricia Scotland, anki fl-irwol taċ-Chair-in-Office tal-Commonwealth, il-Prim Ministru Joseph Muscat iddiskuta s-suċċessi li kisbet Malta fl-aħħar sentejn minn meta f’Malta kien ittella’ s-Summit tal-Commonwealth fl-elfejn u ħmistax.
Dr. Muscat iddiskuta wkoll il-futur tal-Commonwealth, fl-istess waqt li tkellem mal-Barunessa Scotland dwar it-temi fuq l-aġenda tal-Commonwealth Heads of Government Meeting li se jibda l-Ħamis u l-Ġimgħa.
Ritratti: Omar Camilleri (DOI)