Ir-Russja kompliet tattakka bil-missili bosta bliet madwar l-Ukrajna, inkluż il-kapitali Kyiv.
Qed jiġi rrappurtat kif fl-attakki li seħħew fis-sigħat li għaddew inqatlu tnax- il persuna, inkluż mara u żewġt itfal.
L-attakki seħħew fuq binjiet residenzjali. Fil-fatt, il-President Ukren qal kif kien hemm 10 binjiet residenzjali li ġew milquta, u minnufih il-ħaddiema tas-salvataġġ bdew bi tfittxija qalb it-tifrik. Kien hawn li sabu lit-tfal mejta, filwaqt li 11-il persuna oħra ttieħdu l-isptar għall-kura.
Zelenzku qal kif dawn l-attakki jkomplu jixhdu li għandha tittieħed aktar azzjoni internazzjonali kontra r-Russja.
L-awtoritajiet qalu li dan huwa l-ewwel attakk fuq Kyiv wara kważi xahrejn.