Fin-Nofsinhar ta’ Gaza, minn tal-inqas 29 persuna tilfu ħajjithom u għexieren indarbu wara attakk minn Iżrael f’kamp, viċin skola, li fih kienu qed jgħixu dawk li tilfu djarhom f’din il-gwerra.
Xhieda fuq il-post li tkellmu mal-midja internazzjonali qalu li fil-ħin tal-attakk kien hemm kommossjoni kbira, li waslet għal qtil ta’ bosta nisa u tfal.
Intqal li dan suppost kien post sigur, fejn kien hemm l-ilma u l-ikel, u anki skola.
Skont il-Ministeru għas-Saħħa Palestinjan, aktar minn 38,200 persuna tilfu ħajjithom f’din il-gwerra fl-Istrixxa ta’ Gaza, fil-maġġoranza tagħhom nisa u tfal.