Forzi tas-sigurtà tal-Afganistan bħalissa jinsabu fi ġlieda ma’ għadd ta’ persuni armati li attakkaw bini tat-televiżjoni tal-istat f’Jalalabad.
Uffiċjli qalu li minn tal-inqas tliet persuni daħlu fil-bini, fejn tnejn minnhom kienu persuni b’bomba suwiċida li splodew lilhom infushom.
Minn tal-inqas persuna waħda tilfet ħajjitha.
L-Istat Islamiku refa’ r-responsabbiltà għal dan l-attakk.