Fl-aħħar ta’ Marzu ta’ din is-sena, il-vetturi reġistrati telgħu għal 349,386. Dan ifisser żieda ta’ 0.7% meta mqabbel mal-aħħar kwart tas-sena li għaddiet.
Madwar 80% ta’ dawn il-vetturi huma karozzi tal-passiġġier, 13.7% vetturi kummerċjali, 6% muturi, u karozzi tal-linja u minibuses ammontaw għal inqas minn 1%.
Bejn Jannar u Marzu ta’ din is-sena nħarġu 5,892 liċenzja ġdida. Fil-maġġoranza tagħhom, jiġifieri 4,483, inħarġu għall-karozzi tal-passiġier. Fil-perjodu msemmi nħarġu 858 liċenzja għall-muturi.
Fl-ewwel kwart ta’ din is-sena, l-ammont ta’ karozzi li ġew skrapjati laħħaq id-9,457. Karozzi garaxjati ammontaw għal 1,872.
Sal-aħħar ta’ Marzu kien hem 212,098 vettura, jew 60.7%, li għandhom magna petrol, u 135,676 jew 38.8% b’magna diesel.