Il-Minsitru għall-Affarijiet Barranin George Vella ltaqa’ mall-Minsitru għall-Integrazzjoni Ewropea tal-Kosovo Bekin Collaku.
It-tnejn tkellmu dwar ir-relazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi, li ssaħħu partikolarment fl-aħħar xhur, biż-żjara tal-President tal-Kosovo f’pajjiżna.
Il-Ministru mill-Kosovo qal li l-ftehim tal-assoċjazzjoni mal-Unjoni Ewropea diġa’ beda jidħol fis-seħħ. Il-Ministru Malti esprima xewqa li ż-żewġ pajjiżi jikkollaboraw anke minn aspetti soċjali u ekonomiċi.
L-Unjoni Ewropea hija maqsuma dwar il-politika fil-konfront tal-Kosovo. Ħamsa minn 28 pajjiż membru (jekk inqisu lill-Ingilterra bħala membru) ma jirrikonoxxux is-sovranità tal-Kosovo. Dawn huma Ċipru, il-Greċja, ir-Rumanija, l-Islovakkja u Spanja. Kosovo madankollu huwa kkunsidrat kandidat potenzjali għall-sħubija fl-Unjoni Ewropea.