Diversi dimostranti ġew arrestati waqt li ppruvaw jitilqu mill-Univeristà Politeknika ta’ Hong Kong.
Grupp ta’ 100 persuna ppruvaw joħorġu mill-kampus li kien imdawwar b’għadd ta’ pulizija, kienu milqgħuha b’gass tad-dmugħ u balal tal-lastiku. Din kienet it-tielet darba li d-dismostranti ppruvaw jitilqu wara lejl ta’ ġlied konta l-pulizija.
Matul il-ġimgħa li għaddiet, l-università nbidlet f’post ta’ battalji, hekk kif il-protesti, li ilhom għadejjin xhur f’Hong Kong, ħraxu u saru aktar vjolenti.
Ritratt: BBC News