Ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea mill-ġdid qed imexxu diskussjonijiet dwar il-kummerċ bejniethom għal wara li jintemm il-perjodu tranżitorju Brexit.
Kelliem għall-Gvern Ingliż qal li hemm ftit li xejn tama li se jkun hemm żblokk, għaliex l-Unjoni Ewropea qed tintroduċi kundizzjonijiet ġodda fl-aħħar ftit żmien.
Jekk iż-żewġ partijiet ma jilħqux ftehim qabel il-bidu tas-sena l-ġdida, il-kummerċ bejniethom wara Brexit se jsir biss abbażi ta’ tarrifi u taxxi fuq l-importazzjonijiet.